Daħla » Televiżjoni » ONE » MIDINBIN: Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru

MIDINBIN: Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru

Fuq ONE, fit-20.30

L-inċident tal-ġebla qed jħawwad lil kulħadd.  Min seta’ ried iweġġa’ lil Nick?  Adam u Lisa jaħsbu li jafu min.  Imma sewwa qed jaħsbu?  Anke Dun Ġwann qed jissuspetta li jaf min.  U, meta jirċievi ittra anonima, imur biha għand l-iSpettur.

Imma l-iSpettur donnu għandu suspetti oħra.  F’min qed iwaħħal u għaliex? Dan kollu jikxef problemi oħra li lil Lisa jinkwetawha filwaqt li Nick qed isir nervuż u joqmos għal kull ħaġa ta’ xejn. X’qed jinkwetah?  Għaliex qed iwaħħal f’Adam u fil-passat tagħhom.  Imma tassew kien Adam li fl-antik sfratta lil Nick?

Adam kellu x’jaqsam mal-inċident?  Allura għaliex donnu anke Dun Ġwann qed jipponta sebgħu lejh?  Daniel ukoll irid ikun jaf il-verita mingħand ħuh.  L-isptar, wara perijodu magħluqa fiha nnifisha, Krista tidher deterrminata.  X’inhu li ddeċidiet?

U Lisa x’qed tiprova taħbi minn Nick li Adam ġa jaf? (1961)

  
Awtur Frederick Zammit