Daħla » Drama » MIDINBIN: Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru

MIDINBIN: Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru

Lisa tassew qed tinkwieta minħabba Nick għax qed tarah qed jiġi effettwat minn dak li qed isib kull filgħodu meta jmur jiftaħ il-knisja  Imma għandha raġun taħseb li dan kollu minħabba l-passat tiegħu?

Dun Ġwann jiddeċiedi li jgħin lil Nick jiskopri x’kien dal-misteru.  Imma għaliex Nick ma jrid jgħid lil ħadd x’iskopra? Adam jiltaqa’ ma’ dik il-mara li kienet inkwetat lil Pietru meta kien raha.  Min hi?  Xi trid minn Adam u mill-familja Borg?

Adam u Pietru jinnutaw  li Lisa qed tibda turi gost differenti waqt l-ikel.  X’inhi r-raġuni?  X’jiskopri Adam dwar oħtu?  Krista tidher li qed tagħmel progress.  Imma kemm hu veru dan il-progress?

Lara m’għadhiex irrabbjata ma’ Daniel.  Imma l-inkwiet tassew għadda?

MIDINBIN: Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru fit-8.30pm fuq ONE (1130)

  
Awtur Frederick Zammit