Daħla » Ġenerali » Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea

Miftuħa l-applikazzjonijiet għall-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea

L-applikazzjonijiet għall-auditions għall-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2015/16 huma miftuħin. Din l-orkestra, magħmula minn mużiċisti żgħażagħ mit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, titqies bħala waħda mill-aktar orkestri prestiġjużi fid-dinja.

Organizzati mill-Kunsill Malti Għall-Arti, il-masterclasses u l-auditions ta’ din is-sena ser isiru mid-direttur tal-provi tal-EUYO Peter Stark fl-14 u l-15 ta’ Diċembru rispettivament fis-Sala Robert Samut il-Furjana. Dawn ser isiru mingħajr ħlas.

Dawk il-mużiċisti Maltin li laħqu l-Grade 8 fl-istudji tagħhom u li għandhom bejn 14 u 24 sena (fil-31 ta’ Diċembru 2014) huma mħeġġin biex japplikaw għall-auditions tal-EUYO. Inti tista’ tkun parti mill-EUYO għat-tours tagħhom tas-Sajf 2015 u r-Rebbiegħa 2016!

Eluf ta’ studenti ta’ bejn l-14 u l-24 sena mit-28 stat membru tal-UE jagħmlu l-auditions kull sena biex jissieħbu ma’ din l-orkestra. Dawk li daqqew mal-EUYO komplew il-karriera tagħhom ma’ ħafna mill-aqwa orkestri tad-dinja u oħrajn saru solisti, diretturi tal-orkestra, kompożituri, u għalliema tal-mużika. L-EUYO tikkonsisti f’130 mużiċist mit-28 stat membru tal-EU.

L-ewwel kunċert tal-EUYO f’Malta sar bħala parti mill-Malta Arts Festival fis-sajf 2013. Is-sena l-oħra, Nadine Galea minn Malta ffurmat parti mill-EUYO.

Il-patruni ta’ din l-Orkestra huma l-kapijiet tal-istat u tal-gvernijiet tat-28 stat membru tal-UE. L-EUYO hija ffinanzjata mill-programm Kultura tal-UE u mill-gvernijiet tat-28 membru tal-Unjoni Ewropea.

EUYO logo new

Is-skema tal-EUYO/Budapest Festival Orchestra Apprenticeship se tkun miftuћa din is-sena wkoll. Taћt din l-iskema, membri mill-2014/15 EUYO u mużiċisti li qed jagћmlu l-auditions gћall-EUYO biex isiru membri fl-istaġun 2015/16 se jkunu jistgћu japplikaw bћala apprendisti biex jingћaqdu mal-Budapest Festival Orchestra gћal perijodu sa 10-12 gimgћat xogћol matul l-istaġun 2015/16 tal-BFO. Il-boroż ta’ studju taċ-Chamber Orchestra of Europe Academy EUYO Scholarship ukoll se jkunu miftuћin, u joffru l-opportunita’ biex tqatta’ bejn erbgћa u gћaxart ijiem tour mas-COE. Matul dan il-perijodu jingћataw ukoll lezzjonijiet individwali mill-leaders u l-principals kif ukoll opportunijiet oћra.

Jekk taћseb li gћandek il-ћiliet  meћtieġa biex iddoqq ma’ din l-orkestra, ikkuntattja lil Elaine Falzon fuq elaine.a.falzon@maltaculture.com jew fuq 2339 7000 jew żur www.maltaculture.com għall-formoli tal-applikazzjoni u għal aktar tagħrif. Aktar tagħrif jinkiseb mis-sit tal-EUYO www.euyo.org.uk. L-iskadenza hija t-28 ta’ November 2014 waqt is-sigћat tal-uffiċċju.

  (722)

  
Awtur Frederick Zammit