Daħla » Televiżjoni » F-Living » Movembru mfakkar waqt The Celebrity Night: Is-Sibt 8 ta’ Novembru

Movembru mfakkar waqt The Celebrity Night: Is-Sibt 8 ta’ Novembru

Fit-20:30 fuq F Living Channel

Beda Novembru u bħala appuntament annwali titnieda l-kampanja Movember.   Din se tkun waħda mit-temi diskussi fil-programm tas-Sibt filgħaxija ‘The Celebrity Night’ fuq F Living Channel flimkien ma’ Deo Grech u t-tliet mistiedna speċjali tiegħu. Din il-ġimgħa se niltaqgħu mal-kantanta, żeffiena u attriċi Michela Galea, rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-konkors Indipendenza; niltaqgħu wkoll mal-kantanta u aritista Ana-Maria Grima li għadha friska mis-suċċess tagħha f’festival fit-Turkija u wkoll mal-attriċi u artista tal-irtokk Mariella Muscat.

movember

Apparti li nsiru nafu aħjar lit-tliet mistiedna speċjali permezz tal-mistoqsijiet li se jagħmlilhom Deo Grech, se nisimgħu wkoll siltiet mużikali mir-repertorju taż-żewġ kantanti mistiedna u lejn it-tieni parti tal-programm nisimgħu l-opinjoni tagħhom waqt id-diskussjoni madwar il-mejda.   Għal din il-parti jingħaqdu wkoll il-personalitajiet Natius Farrugia u Fiona Vella.

DSC_0196b
L-ispettaklu għas-Sibt filgħaxija jkompli jitwasslilna miż-żeffiena ta’ Dancel Dance Studio, rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-Mediterranean Open Dance Festival.

L-appuntament huwa għas-Sibt fit-20:30 fuq F Living Channel.

(1392)

  
Awtur Frederick Zammit