Daħla » Intervista » “Naf li Federica se taqta’ figura tajba” – Moira Delia

“Naf li Federica se taqta’ figura tajba” – Moira Delia

Fil-15 ta’ Novembru Malta se tkun qed torganizza il-Junior Eurovision Song Contest. Biex tippreżenta dan l-ispettaklu intgħażlet Moira Delia. Limelightmalta.com tkellmet ma’ Moira Delia dwar il-Junior Eurovision u aktar.

Moira, xi jfisser għalik li tippreżenta il-Junior Eurovision 2014?

Tfisser ħafna li biss biss li reġgħu għażluni biex nippreżenta wara li ftit xhur ilu ppreżentajt il-Malta Eurovision Song Contest. Iva tfisser ħafna speċjalment għall-fatt li ġejt fdata wkoll li nippreżenta bil-lingwa Ingliża :-)

Dan qed ikun meqjus bħala wieħed mill-ikbar edizzjonijiet tal-Junior Eurovision li għad saru minħabba fin-numru kbir ta’ parteċipanti. Kif qed tipprepara għalih?

L-ispettaklu se jkun l-ikbar wieħed li qatt sar f’pajjiżna u l-preparamenti ma jonqsux fosthom il-kitba ta’ li skript u anki d-designs tal-ħwejjeġ li se nkun liebsa!

Ippreżentajt ukoll l-aħħar edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest flimkien ma’ Ira Losco u Gianluca Bezzina. Din id-darba waħdek għall-Junior. Kif tħossok?

Onorata mhux għax kont se niddejjaq  li kieku kont nerġa’ nippreżenta ma’ Ira u Gianluca għax vera ħdimna tajjeb flimkien imma huwa kumpliment akbar meta smajt li se nkun waħdi.

JESC MALTA 2014 logo

Minbarra l-Junior Eurovision, dalwaqt se narawk lura fuq TVM b’żewġ programmi. L-ewwel wieħed Animal Diaries. Minn fejn ġiet l-imħabba lejn l-annimali?

L-imħabba lejn l-annimali ilha min meta twelidt! Aħna dejjem insalvaw annimali li jitilqu barra ħaddieħor! Trabbejt ma’ qtates u anke klieb u lanqas naf x’jiġifieri li tgħix mingħajr annimali. Il-programm nagħmlu minn qalbi għax hu suġġett li qatt ma’ nixba nitgħallem dwaru. Animal Diaries jirritorna fuq TVM kull nhar ta’ Sibt, f’xandira diretta, fis-6.50pm.

X’se nkunu qed nistennew fl-edizzjoni l-ġdida?

Aktar esperjenzi personali kif ukoll aktar informazzjoni dwar kundizjonijiet li niltaqgħu magħhom fl-annimali! Fl-edizzjoni li ġejja se tingħaqad miegħi l-attriċi Geordie Schembri (Rose iż-żgħira f’Iċ-Ċaqqufa) fejn se jkollha r-rokna tagħha. Ma jonqsux il-kompetizzjonijiet u r-rigali

10665851_10152722316316974_6173015279732251143_n

Imbagħad se narawk tippreżenta programm ieħor…..

Iva…. Gourmet Today flimkien mal-kok Sean Gravina u t-tim ta’ Media Today! Dan il-programm ninsab eċċitata ħafna għalih għax hu dwar ikel li nieklu d-dar magħmul min-nies magħrufa ħafna fil-qasam tal-ikel bħal Pippa Mattei u Micheal Diacono! Jien bħal ma’ diġa’ jafu ħafna nies, għalkemm ma’ nsajjarx inħobb niekol ikel mill-aqwa u naf żgur li se nkun għal qalbi. Gourmet jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fis-6.45pm.

MM MIR_0963

Lura għall-Junior Eurovision, għandna lil Federica Falzon li se tkun qed tirrappreżenta ‘l pajjiżna. X’messaġġ għandek għall-ambaxxatriżi tagħna?

Diġa naf li Federica se taqta’ figura tajba għax kull darba li nismagħha tkanta tqabbadni ‘l bard bil-vuċi meraviljuċa li għandha! Il-messaġġ tiegħi hu wieħed sempliċi ħafna u li hu biex tgawdi ‘l mument tagħha tal-Junior Eurovision! Min jaf kif se tiċċasħhom lin-nies!

 

ż (1035)

  
Awtur Frederick Zammit