Daħla » Ġenerali » No Lilies in Autumn – Kunċert ta’ mużika ‘post-progressive’ u ‘art rock’

No Lilies in Autumn – Kunċert ta’ mużika ‘post-progressive’ u ‘art rock’

Fis-7 u 8 ta Novembru ser isir kunċert fit-teatru ta’ St James Cavalier, b’mużika oriġinali mill-grupp No Lilies In Autumn.

Miktuba min Karl Spiteri, il-mużika tinkorpora stili diversi li jikludu mużika moderna art rock, post-progressive, ambient u anki elementi klassiċi.

Band Image

Kemm il-mużika u l-lirika ta’ No Lilies In Autumn jesploraw temi ta’ inkontri, imħabba, separazzjoni u tama. Hi storja ta’ individwi f’mument partikolari ta’ ħajjithom, mument li jgħaqqad u jifred.

Apparti mużika, il kunċert jinkorpora wkoll elementi ta’ arti, fotografija u vidjografija li jwasslu għal esperjenza intensa w unika.

No Lilies In Autumn huma Daniela Cassar (vuċi), Karl Spiteri (keyboards, pjanu u vuċi), Jeremy de Maria (kitarri) u Joe Zammit (drums).

Biljetti (12 ewro) jistgħu jinxtraw mis-sit ta’ St James Cavalier http://www.sjcav.org/page.asp?n=Eventdetails&i=5446&z=4.

Aktar dettalji dwar il kunċert fil-paġna facebook https://www.facebook.com/profile.php?id=308829369289150&ref=ts&fref=ts. (570)

  
Awtur Frederick Zammit