Daħla » Ġenerali » PERFORMER SCIENCE

PERFORMER SCIENCE

Taħseb li l-arti teatrali u x-xjenza huma differenti ħafna minn xulxin? Dr. Victor Jacono qiegħed jikkontesta din l-idea permezz ta’ Performer Science. B’kollaborazzjoni ma’ CWAM (Creative Writing Alliance Malta), bejn il-21 u t-23 ta’ Novembru, Dr Jacono se jkun qiegħed itella’ workshop bl-isem “Developing the sense of creative action,” bil-għan li jippromwovi l-approċċ xjentifiku fil-kreattivita teatrali. Permezz tar-Ricerka, l-Edukazzjoni u l-Prestazzjoni, Performer Science tadotta perspettiva xjentifika li tiffoka fuq il-mekkaniżmi bażiċi u ta’ spiss minsija li jissapportjaw dawk l-għażliet estetiċi u poetiċi li jagħmlu t- teatru esperjenza unika u kreattiva.

Logo_152_140_03

Creative Writing Alliance Malta (CWAM) hija organizzazzjoni li għandha l-għan li tgħin lill-artisti letterarji jiżviluppaw professjonalment, u biex biż-żmien, tiżdied il-kwalità professjonali tal-industrija kreattiva f’Malta fil-qasam tal-istejjer.  Dr. Victor Jacono huwa artist freelance, edukatur u riċerkatur fil-qasam teatrali u kiseb id-dottorat tiegħu fl-Arti Teatrali ġewwa l-Università Sapienza f’Ruma. Huwa kiseb ħafna esperjenza internazzjonali kemm bħala artist teatrali u kemm bħala edukatur.

Għal aktar informazzjoni dwar Performer Science u l-workshop żur il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/performerscience  kif ukoll http://performerscience.wordpress.com/ jew ikkuntatja lil Dr Jacono fuq vjacono@hotmail.com jew 9928 8412.

Għal aktar informazzjoni dwar CWAM, żur il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/creativewam, iktbilna fuq info@creativewam.com jew ċempel 7999 0594.

10805374_10205305473984450_397628699_n

  (644)

  
Awtur Frederick Zammit