Daħla » Drama » QLUB IMWEĠĠGĦA … mill-ġdid fiċ-ċinema

QLUB IMWEĠĠGĦA … mill-ġdid fiċ-ċinema

Fiċ-ċinema Tal-Lira fil-Gallarija, Fgura se jerġa’ jintwera l-film Malti Qlub Imweġġgħa ta’ Charles Meli.

Il-film se jkun qiegħed jintwera is-Sibt 25 ta’ Ottubru  u l-Ħadd 26 ta’ Ottubru fl-10.30am.

Jieħdu sehem fost oħrajn Joe Tanti, Heinrich Camilleri, Sarah Camilleri, Charles Meli, Gabriella Borg, Ingrid Bolger u Andrew Deguara.

photo shoot from Qlub Imwegga' (13) (1)

Armel għani, bl-isem ta’ Vincenzo, ikollu ibnu li jaqa’ f’koma wara inċident tat-traffiku. L-inċident jiġi kkawżat minħabba li jsir jaf li t-tfajla li kien wasal biex jiżżewweġ tmutlu traġikament. Vincenzo, fil-villa kbira tiegħu, kien jimpjega bosta nies miegħu. Fosthom żewġ gwardji, kok, sefturi, tabib u ġardinar.

Is-saħħa ta’ Vincenzo, bil-marda tal-għażiż iben uniku tiegħu, tmur lura. Jibda wkoll jitlef moħħu.

John Smith, Spettur tal-pulizija popolari ħafna, kien magħruf sew għax kien kapaċi jsolvi każi mill-aktar diffiċli. John ikun armel u jkollu tifel jismu Mark. Wara ftit taż-żmien, jiżżewweġ għat-tieni darba. Mary, il-mara l-ġdida, hija tfajla grazzjuża u żagħżugħa. Iżda d-differenza fl-età bejniethom hija ta’ għoxrin sena!

Jum fost l-oħrajn, u bla ma kien mistenni, martu tabbanduna lilu u lit-tifel u taħrab bl-aktar mod misterjuż. Tħalli biss warajha sempliċiment nota. Poġġietha maġenb ir-ritratt taż-żwieġ tagħhom.

L-ittra kienet taħraq u krudili. Kienet tgħid li sabet imħabba oħra u li ma setgħetx tkompli tgħix ħajjitha miegħu fil-moħbi. Ħajjet l-Ispettur tinbidel mil-lejl għan-nhar: itiha għax-xorb, jabbanduna x-xogħol importanti tiegħu u saħansitra anke lit-tifel.

Claire hija tfajla l-ġmiel tagħha. Paul, l-għarus tagħha, kien dejjem jittamaha għaż-żwieġ, iżda qatt ma’ żamm kelmtu. Kienu ilhom ħames snin jgħixu flimkien, sa ma l-povra Claire wkoll, id-destin tagħha spiċċa fix-xejn wara li l-għarus jitlaqha kiesaħ u biered u jibdilha minnufih ma’ tfajla oħra, grazzjuża u attraenti.

Paul iħalliha lampa stampa waħedha fil-villa tiegħu stess. Ftit tal-ġranet wara, lemħithom għaddejjin mgħannqa, iggranfati flimkien. Ironikament, aktar tard tiġi mkeċċija mill-villa fejn kienet qed toqgħod u kellha tfittex post ieħor.

Tinzerta ssib dar ċkejkna u eżatt quddiemha kumbinazzjoni kien joqgħod l-Ispettur John Smith. Sa dak iż-żmien Smith kien għadu ma’ aċċettax il-ħarba ta’ martu Mary għalkemm kienu gerbu ftit tax-xhur mhux ħażin.

U kif forsi qegħdin timmaġinaw li ser jiġri, iva bejniethom ser tiżvolġi relazzjoni. Però relazzjoni inċerta, dubjuża u muġugħa. Iżda d-destin għall-povra Claire issa jkun aktar kiefer u krudili magħha. L-akbar sajjetta tfaqqa’ meta ma’ wiċċha jitfaċċa ritratt ta’ mart John.

POSTER PORTRAIT law res whiter-p194d33v8i1ud91r4j1tdfad65j7

Claire, b’qalbha mweġġgħa u xxokkjata, tibqa’ siekta. Iva, mart John kienet dik li serqitilha lill-maħbub tagħha Paul.

Għallinqas f’għajnejha hekk kien jidher!

Imma x’ġagħalha lil Claire biex tibqa’ tant siekta u kwieta għal dan iż-żmien kollu? Qlub Imweġġgħa hija ġrajja misterjuża għall-aħħar, bil-karattri prinċipali kollha b’qalb muġugħa.

POSTER LANDSCAPE law res whiter

 

POSTER LANDSCAPE law res whiter-p194d33dp71o261s8f1co12ef18ft

B’atti makabri, imħabba, u anke azzjoni, Qlub Imweġġgħa għandu jżommkom bil-kurżita sal-aħħar sekonda.

John, Mary, Claire, Paul u Vincenzo huma l-karattri ewlenin ta’ din l-istorja, u bilħaqq, hemm Patricia wkoll. Din min kienet eżatt? U iben Vincenzo min ikun, u x’ser isir minnu? (883)

  
Awtur Frederick Zammit