Daħla » Televiżjoni » NET » Replay: Il-partitissima Valletta kontra B’Kara (Il-Ħadd 19 t’Ottubru)

Replay: Il-partitissima Valletta kontra B’Kara (Il-Ħadd 19 t’Ottubru)

Matul tmiem il-ġimgħa jirritorna l-Kampjonat Premier bit-tmien ġurnata. Tispikka l-partita bejn Valletta u B’Kara; iż-żewġ timijiet li l-istaġun li għadda serqu x-xena kollha, b’Valletta jirbħu l-Kampjonat fl-aħħar ġurnata tal-Kampjonat u għall-ispejjez ta’ B’Kara. Dan se jkun l-ewwel konfront bejn it-tnejn f’dan il-Kampjonat u għalhekk Replay tal-Ħadd se jkun qed jagħti l-attenzjoni prinċipali lil din il-partita. Tingħata ħarsa ukoll lejn il-partiti l-oħra ta’ tmiem il-ġimgħa fejn jispikkaw il-partiti Hibernians kontra Tarxien Rainbows u Sliema Wanderers kontra Mosta.

Fil-programm tal-Ħadd se jkun hemm mistiedna fl-istudio ta’ Replay il-kowċ ta’ B’Kara Paul Zammit, il-Viċi President ta’ Valletta Paul Spiteri u l-mistiedna residenti Konrad Sultana u Kris Scicluna. Ma’ Zammit se tkun diskussa s-sitwazzjoni preżenti tal-futbol Malti wara d-diskors li hu qal f’konferenza stampa ta’ B’Kara u waqt il-programm radjofoniku Replay Ikompli fejn ikkritika bl-aħrax l-istat tal-futbol Malti.

Replay hu ippreżentat minn Christian Micallef u Sarah Agius Fit-tim tal-produzzjoni hemm ukoll Roderick Agius, Matthew Mamo, George Cassar, Stewart Said u Elena Muscat. Il-muntaġġ tal-programm hu fdat f’idejn Stephen Chircop. Direzzjoni ta’ Steve Psaila.

Replay, il-Ħadd 19 ta’ Ottubru fid-21:40 fuq NET

  (695)

  
Awtur Frederick Zammit