Daħla » Drama » RIFLESS: Il-Ħamis 13 ta’ Novembru

RIFLESS: Il-Ħamis 13 ta’ Novembru

Fit-8.30pm, fuq ONE

Brian u l-ħolm tiegħu fejn se jwasslu? Li hu żgur hu li qed jinkwieta ħafna lil ommu Pauline u qed jjinqala’ ġlied bejn il-ġenituri tiegħu ħabba l-imġieba stramba tiegħu. It-tpinġija taf issolvilu ħafna problemi. Pero jirnexxilu? X’se jiġri fir-relazzjoni tiegħu ma’ Loredana jekk jibqa’ sejjer hekk?
Simon jidher kuntent bil-mod kif sejrin l-affarijiet mat-tfajla. Pero se jibqa’ sejjer hekk la jkun jaf Brian? X’se tkun ir reazzjoni ta’ Brian la jsir jaf?
Inkomplu naraw ħafna teatrini kif isejħilhom is-Sur Emilio fl-uffiċini tiegħu. Desmond jhedded lil Emilio!
Naraw l-ossessjoni li għandu Stephen fuq il-każ ta’ Elisa Inguanez. Jirnexxielu jikkonvinċihom biex jerġa’ jiftaħ il-każ?
Pierre u Sarah x’se jiġri minnhom? Għad jasal żmien fejn jirnexxielu jikkuntenta lil Sarah u jkunu jistgħu jgħixu ħajja komda?
Naraw lil Mark dejjem ħosbien u nkwetat.
X’inhi r-raġuni? Jista’ jkun kollox assoċjat mal-imħabba li kellu fil-passat pero x’ġara li waslu s’hawn?

(700)

  
Awtur Frederick Zammit