Daħla » Televiżjoni » ONE » SEJJAĦTLI: Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru

SEJJAĦTLI: Il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru

Fuq ONE fl-21.45

Mhux l-ewwel darba li f’dawn il-programmi tagħna ttrattajna is-suġġett tal-Maħfra.
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa Joyce Cassar flimkien mal-mistiedna fl-istudjos u mal-atturi li jinterpretaw drama improvizzata se jitkellmu dwar dan.
Fis-siltiet ddrammattizzati ser naraw l-ewwel omm ir -raġel ta’ mara,  min qabel iż-żwieġ tagħhom, kienet tagħmillha l-bsaten fir-roti għax kienet 8 snin ikbar mir-raġel, li kien l-uniku tifel tal-familja.  Il-mara tat-tifel kienet diġa’ miżżewġa imma kienet qed tistenna l-annullament.
Wara li żżewġu u kellhom it-tfal, kienu kuntenti ħafna, u donnha anke l-omm kienet saret taċċetta lill-mara tat-tifel.  Sakemm it-tifel żbalja, kien ħa grazzja ma’ tfajla li taħdem ix-xoghol miegħu, u kien għamel xi xagħrejn joħroġ magħha.
Ommu kienet taf b’dan, imma kienet qalet lit-tifel biex ma jgħidilhiex lill-mara tiegħu, issa li kien telaq lil din it-tfajla.
Il-mara tat-tifel saret taf, mill-ġirien li r-raġel tagħha kien qed jibdilha, allura kienet ħaditha ħafna bi kbira.
Din hi l-ewwel storja ta’ din il-ġimgħa, fejn ser naraw lil Odette Micallef li se tagħmel il-parti tal-omm u lil Anna Bassily li se tagħmel il-parti tal-mara tat-tifel.
Sitwazzjoni interessanti imma komuni ħafna.
Kemm hu faċli li naħfru meta xi ħadd ikun għamlilna xi ħaġa?  Kull sitwazzjoni hija diffiċli li taħfer? Waħedna nistgħu naħfru?
Dan u aktar ser jiġi mwieġeb waqt il-programm SEJJAĦTLI MILL-PJAZZA.
It-telespettaturi jistgħu jibgħatu l-kummenti tagħhom fuq 60613710 jew fuq il-paġna ta’ facebook camcpi.
Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cam Productions int.
Direzzjoni ta’ Fr louis Mallia mssp.

  (529)

  
Awtur Frederick Zammit