Daħla » Ġenerali » STAQSINI 20

STAQSINI 20

Il-Klabb Kotba Maltin flimkien ma’ KUL, qed jorganizzaw serje ta’ intervisti waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Klabb Kotba Maltin hi waħda mid-djar ta’ pubblikazzjoni ewlenin f’pajjiżna, filwaqt li KUL hija inizjattiva kulturali ta’ Kit Azzopardi u Leanne Ellul. Dawn l-intervisti minn Kit Azzopardi se jkunu ma’ kittieba u riċerkaturi Maltin. Għad-dettalji dwar l-intervisti araw il-programm t’hawn taħt.

Il-Ħamis, 13 ta’ Novembru (10:00AM)

Staqsini 20 :: intervista lil Adrian Grima

Ħafna studenti jafu lill-poeta Adrian Grima permezz tal-poeżija “B’Idejna,” li tinsab fis-sillabu. Madanakollu, ftit jafu li Adrian jikteb stejjer u poeżiji oħra għat-tfal, u fosthom insibu wħud dwar il-futbol u l-immigranti …

Il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru (10:00AM)

Staqsini 20 :: intervista lil Lino Psaila

Lino Psaila kien ħaddied u sajjied, u ġieli ħa sehem f’xi reċti ta’ Shakespeare meqluba għall-Malti. Imma l-iktar żewġ affarijiet interessanti dwaru, probabbli, huma li d-djalett mhux talli jitkellmu imma jiktbu, u li jagħmel it-tajr tal-karti, li bid-djalett Xlukkajr isejħulhom ‘manuċċi.’

Is-Sibt, 15 ta’ Novembru (10:00AM)

Staqsini 20 :: intervista dwar Concetta Brincat

Ħafna nisa, għad li kienu jiktbu, spiċċaw qatt ma ġew ippubblikati. Concetta Brincat hi waħda minn dawn in-nisa u għalhekk, kitbietha baqgħu fil-kexxun għal ħafna snin. Issa fl-aħħar raw id-dawl u se jkunu ppubblikati mill-Klabb Kotba Maltin. Biex issiru tafu aktar dwar Concetta u kitbietha ejjew isimgħu l-intervista ma’ Maria Simiana li ttraskriviethom.

 

Il-Ħadd, 16 ta’ Novembru (10:00AM)

Staqsini 20 :: intervista lil Walid Nabhan

Walid Nabhan huwa wieħed mill-vuċijiet ta’ kittieba kontemporanji l-iktar interessanti, fost l-oħrajn għax iġorr bagalja ta’ qari li ħafna mill-Maltin m’għandhomx aċċess għaliha. F’din l-intervista se naraw x’inhuma l-influwenzi u l-isfidi tiegħu, x’ġeneri jippreferi, u x’qed jaħmi għall-futur. (1443)

  
Awtur Frederick Zammit