Daħla » Mużika » Junior Eurovision » STRADA: Iż-żgħażagħ tal-lum, japprezzaw l-artist lokali?: Is-Sibt 15 ta’ Novembru

STRADA: Iż-żgħażagħ tal-lum, japprezzaw l-artist lokali?: Is-Sibt 15 ta’ Novembru

Fuq ONE, fis-12.40

Is-Sibt, 15 ta’ Novembru hi ġurnata speċjali għal Malta fejn tidħol mużika. Dan għaliex se jkun qed jitella’ l-aqwa spettaklu mużikali li qatt ittella’ sa issa. Qed nirreferu għall-Junior Eurovision Song Contest.

Huwa proprju minħabba f’hekk, li waqt il-programm STRADA tas-Sibt 15 ta’ Novembru, ser niltaqgħu ma’ ħafna artisti.

Filfatt l-ewwel parti tal-programm ser tkun iddedikata għad-diskussjoni fejn ser niddiskutu ”iż-żgħażagħ tal-lum, japprezzaw l-artist lokali?”.

Ivan Grech minn Wintermoods, Mike Spiteri, Ignatius Farrugia u Joven Grech minn Tenishia, ser ikunu l-mistiedna prinċipali. Magħhom jingħaqdu wkoll Clinton Paul u Malcolm Pisani.

federica gaia

Aktar tard, waqt STRADA niltaqgħu ma’ Iris u David Falzon (il-ġenituri ta’ Federica Falzon), kif ukoll ma’ Gaia Cauchi.

Waqt STRADA, b’mod esklussiv ser jitkellmu wkoll Kevin Borg, Jon Lukas Woodenman u Sarah Harrison (l-ewwel Maltija li ħadet sehem fil-Junior Eurovision Song Contest).

Jippreżenta: Wayne Aquilina

(1032)

  
Awtur Frederick Zammit