Daħla » Ġenerali » TAĦDITA PUBBLIKA: IL-MADDALENI TAL-BELT VALLETTA

TAĦDITA PUBBLIKA: IL-MADDALENI TAL-BELT VALLETTA

Wara l-ħitan tal-Knisja tal-Maddalena fil-Belt Valletta seħħew ħafna stejjer u jżommu ħafna sigrieti.  Stejjer marbuta ma’ nisa….stejjer ta’ suċċess, ferħ, u tama, iżda wkoll stejjer ta’ dieqa, disperament u anke tbatija.

Il-prostituti ma kienux l-uniċi li kienu jinżammu f’dan il-post, hekk kif il-Monasteru kien jilqa’ fih tfajliet, nisa tqal, sħaħar, in-nisa li kien ikollhom il-kavallieri, ostaġġi nisa, u każijiet oħra soċjali.

Tagħrif interessanti dwar grupp ta’ sorijiet tal-klawsura, li minkejja il-burraxki li għaddew minnhom, irnexxielhom jiksbu għarfien u status, se jingħata waqt taħdita minn Christine Muscat nhar il-Ħamis 20 ta’ Novembru fis-6.30pm fl-Istitut Kulturali Taljan.

Christine Muscat hija l-awtriċi tal-ktieb: Magdalene Nuns and Penitent Prostitutes.

 

(1561)

  
Awtur Frederick Zammit