Daħla » Fil-Limelight » TENTATTIV TA’ KSUR TA’ REKORD TA’ 75 SIEGHA MARATONA TA’ XANDIR FL-IMQABBA

TENTATTIV TA’ KSUR TA’ REKORD TA’ 75 SIEGHA MARATONA TA’ XANDIR FL-IMQABBA

Il-Kummissjoni Radju fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser torganizza 75 Siegħa ta’ Maratona ta’ xandir u ġbir ta’ fondi bi trasmissjoni diretta fuq Tal-Ġilju FM 95.4. Din il-Maratona ser tiftaħ nhar l-Erbgħa 10 ta’ Diċembru 2014 fil-5:00pm u tibqa’ għaddejja b’mod kontinwu sa nhar is-Sibt13 ta’ Diċembru fit-8:00pm u ser tkun kondotta minn Edwin Gatt u Jonas Simbeye.
B’mod esklussiv, din il-maratona ser tkun qegħda ssir minn taħt tinda armata fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba, quddiem il-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju. Din il-maratona ser tkun tinkludi diversi attivitajiet interessanti tul il-ħin kollu tagħha. Matul dawn it-tliet ijiem ser ikun hemm bejgħ ta’ stickers, t-shirts u diaries relatati mal-ewwel u l-uniku stazzjon ġewwa l-Imqabba Tal-Ġilju FM, kif ukoll ħelu tradizzjonali tal-Milied maħdum min nisa tas-Soċjeta’, biex imbagħad, nhar is-Sibt 13 ta’ Diċembru fit-8:00pm tiġi konkluża b’mod brijuż permezz ta’ attivita’ varjata fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba li tinkludi bosta talent bħal kantanti u żeffiena u divertiment ieħor.
Ser ikun hemm tentattiv biex għat-tieni darba wara li rnexxielha fl-2012, is-Soċjeta’ terġa’ tikser ir-rekord tal-itwal xandira kontinwa fuq stazzjon tar-Radju lokali bil-kollaborazzjoni ta’ The Malta Records.
Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79685761 jew fuq is-sit elettroniku tas-Socjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

 

(1475)

  
Awtur Frederick Zammit