Daħla » Ġenerali » True Love Lies

True Love Lies

Kane u Carolyn, flimkien ma’ wliedhom Royce (il-kwiet) u Madison (l-ixxellerata) huma l-familja tipika eżemplari. Imma meta  Madison tapplika biex tibda taħdem f’restaurant ġdid, jidħol f’ħajjithom raġel mill-passat tal-ġenituri tagħha.  Dan iwassal għal sigrieti minsija biex jerġgħu jinkixfu.  Dan ir-ritorn ta’ David fil-ħajja tagħhom iwassal biex tentazzjonijiet antiki kemm fit-tfal, kif ukoll fil-ġenituri jitilgħu fil-wiċċ.
True Love Lies SJCAV web assets_SJ4 Facebook [504x504px]
True Love Lies għandha kitba ta’ Brad Fraser b’direzzjoni ta’ Toni Attard.
Jieħdu sehem Ray Calleja, Jes Camilleri, Pia Zammit, Bettina Paris, Andre Agius.
Se tittella’ fis-Sala ta’ St James Cavalier nhar it- 18, 19, 23, 24, 25, 26, 30, 31 ta Ottubru u 1, 2 ta’ Novembru 2014 fit-8pm.
Biljetti mraħħsin sat-13 ta’ Settembru.  
Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn www.sjcav.org, mill-boxoffice ta’ St James Cavalier il-Belt Valletta, minn 21223216 jew email boxoffice@sjcav.org.

(557)

  
Awtur Frederick Zammit