Daħla » Televiżjoni » NET » WHEELSPIN: 17 ta’ Novembru

WHEELSPIN: 17 ta’ Novembru

Fuq Net fl-22:30

Fil-programm Wheelspin ta’ din il-ġimgħa nnħarsu lejn l-aħħar karozza preżentata minn Lamborghini, il-mudell hybrid bl-isem Lamborgini Asterion.

Naraw ukoll il mutur eletriku bi tlett roti mid-ditta Toyota bl-isem i-Road.

Il-karozzi nodfa jiddominaw f’dan il-programm hekk kif anke għat-test drive naraw l-aħħar mudell elettriku  mid-ditta Renault, il-mudell sabiħ ħafna bl-isem Zoe.

IMG_0512

Ma’ Pierre nitkellmu dwar ir-Red Bull Kart Fight championship li kważi wasal fit-tmiem tiegħu u li din is-sena se jkollu mhux wieħed iżda żewġ rebbieħa li se jirrapreżentaw lil Malta barra minn xtutna.

Il-programm għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Fleur Balzan bil-parteċipazzjoni ta’ Pierre Vella.

IMG_0616

Produzzjoni Eżekuttiva b Right new media Ltd

Wheelspin jixxandar it-Tnejn fl-22:30, b’ripettizzjoni l-Erbgħa fil- 23:30 u l-Ħadd fil-17:10 (1021)

  
Awtur Frederick Zammit