Daħla » Ġenerali » Wirja ta’ Ċeramika minn Darren Spiteri

Wirja ta’ Ċeramika minn Darren Spiteri

L-GĦAQDA FILANTROPIKA TALENT MOSTI bi pjaċir tippreżenta wirja ta’ ċeramika minn Darren Spiteri fiċ-ċentru ta’ Kultura Nazzjonali fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn il-14 u t-30 ta’ Novembru 2014.

Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sas-Sibt mis-6.00pm sat-8.30pm

Ħdud: Mill-10.00am sa nofsinhar u bejn is-6.00pm u t-8.30pm 

darren

M’hemmx konflitt bejn l-astratt u l-figurattiv; l-astratt hu bħal ħolma li l-artist jixtieq jurina filwaqt li l-figurattiv hi bħal xewqa li tissiġilla mumenti fil-ħajja permezz ta’ skultura jew pittura. F’din il-wirja ta’ ceramika pprezentata mill-artist Darren Spiteri, naraw l-astratt u l-figurattiv jitlaqqaw f’sensiela ta’ emozjonijiet differenti.

Tema centrali f’din il-wirja hi l-figura umana, li bhal xogholijiet ohrajn hi mahduma b’diversi tipi ta’ tafal. Il-figura umana li l-artist jurina hi, hafna drabi, b’espressjoni hosbiena, kultant anke kiebja. F’diversi xogholijiet artistici, Spiteri jghatti l-wicc tal-figura b’maskla li taghti dehra misterjuza. Il-maskla tghatti l-emozzjonjiet u l-espressjoni tal-wicc u ghalhekk iddahhal lil udjenza f’dinja ta’ kurzita’ fejn kulhadd hu liberu jipprova jifhem dwar x’kellu f’ mohhu l-artist.  Il-figura umana tilhaq il-qofol taghha fix-xbieha tal-kurcifiss. L-artist jipprezenta sensiela  ta’ kurċifissi artistiċi li, ghalkemm huma magħmula b’mod figurattiv, huma wkoll kontemporanji u differenti minn dawk il-bosta kurċifissi tradizzjonali li mdorrijin naraw.

Darren02

Apparti diversi xogholijiet astratti, il-wirja tinkludi wkoll ghazla ta’ vazuni differenti magħmula b’mod astratt u mahduma minn materjali differenti. Ix-xquq u l-qsim f’dawn il-vazuni, magħmula b’intenzjoni u b’ħila mill-artist, jagħtuhom dik id-dehra unika u tassew oriġinali. L-artist jesperimenta f’diversi forom cilindrici kif ukoll b’textures differenti. Dan ix-xogħol huwa maħdum kollu f’ċeramika ffurmata minn tipi differenti ta’ tafal bħal terracotta, gres u saħansitra tafal iswed, li ghalkemm hu materjal raff jaghti dehra iktar originali lix-xogholijiet.

Il-wirja bit-titlu Fired Earth hi t-tieni wirja individwali mtella’ mill-artist Darren Spiteri.

Darren02

DĦUL BLA ĦLAS

Għal aktar tagħrif sibuna fuq www.talentmosti.com u kif ukoll fil-paġna ta’ Facebook: razzett tal-markiż

Din l-attivita’ qed tittella’ b’koordinazzjoni mal-Kunsill u l-Kap tal-Iskola Sekondarja Bniet, Mosta.

  (635)

  
Awtur Frederick Zammit