Daħla » Televiżjoni » F-Living » The Celebrity Night: Is-Sibt 1 ta’ Novembru

The Celebrity Night: Is-Sibt 1 ta’ Novembru

Is-Sibt 1 ta’ Novembru jixxandar ir-raba’ programm mis-sensiela tas-Sibt filgħaxija fuq F Living Channel, The Celebrity Night.

Fuq produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Deo Grech, il-programm idur mal-idea ta’ intervisti ma’ tliet personalitajiet mill-qasam tal-ispettaklu.   Tnejn mill-personalitajiet ikunu kantanti li joffru wkoll l-ispettaklu mużikali waqt il-programm permezz ta’ żewġ kanzunetti mir-repertorju tagħhom.   L-ispettaklu u l-mużika huma ingredjent ewlieni ta’ The Celebrity Night, hekk kif mil-lejla jingħaqdu mat-tim tal-programm, iż-żeffiena minn Dancel Dance Studio bi żfin spettakolari fuq stil cabaret magħruf ukoll bħala stil-Burlesque.

Il-programm ikompli jitħawwar b’għadd ta’ filmati b’aħbarijiet varji mill-qasam tal-ispettaklu kemm dak lokali kif ukoll dak internazzjonali.  Il-mistiedna speċjali tat-tielet programm huma l-kantanti Odessa Green u Anna Azzopardi flimkien mal-preżentatriċi u attriċi Angela Coleiro.
tcn
Min mill-personalitajiet mistiedna għamlet żmien tgħix l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Olanda, ir-Renju Unit, l-Italja u Spanja?   Min minnhom allerġiku għall-qaqoċċ? U min minnhom jibża’ mill-baħar imqalleb?  Kif bdiet il-karriera fir-reċtar Angela Coleiro?   U kif iltaqgħet eżatt ma’ Renato u ma’ Mary Spiteri, Odessa Green?  Huwa minnu li Anna Azzopardi tkun spiss fuq il-palk fil-kunċerti ma’ Ira Losco?  U kif se jiċċelebrawh il-Halloween Angela, Anna u Odessa?
Dan u aktar is-Sibt 1 ta’ Novembru  fit-20:30 fuq F Living Channel

(555)

  
Awtur Frederick Zammit