Daħla » Televiżjoni » NET » XIFT: Mis-17 sal-21 ta’ Novembru

XIFT: Mis-17 sal-21 ta’ Novembru

Fuq Net, fis-12.45

It-Tnejn 17 ta’ Novembru 2014

Xift jerġa’ jingħaqad magħkom f’nofs ix-xahar ta’ Novembru, ftit żmien qabel ma’ nibdew ix-xahar ta’ Diċembru.

Din il-ġimgħa għal Xift se niddedikawha bil-Vox Pop u d-diskussjoni tal-ġimgħa billi se nitkellmu fuq id-drittijiet tal-annimali.

Apparti hekk Xift ikompli jagħtina aktar pariri ta’ kif għandna nieħdu ħsieb xagħrna bl-aħjar mod possibbli.

Flimkien ma’ Ritan Grima b’aktar pariri biex infaddlu b’mod aktar aħjar.

 

It-Tlieta 18 ta’ Novembru 2014

‘Mhux il-glekk jagħmlek raġel’ hija sezzjoni fejn Chris Misud minn MAF Hairdressing u Dorianne Catania minn Ayur Veda jagħtuna pariri kif raġel jista’ jkollu dehra aktar aħjar issa li resqin żmien il-festi.

Flimkien ma’ Mauro minn Trattoria A Modo Mio ikompli jdewwaqna aktar ikel apettituż.

‘Skond id-daqqa niżfnu’ hi logħba fejn żewġ telespettaturi jilgħabu kontra xulxin għal għadd ta’ rigali billi jaqtaw vidjos mużikali jew diski varji.

xift2

L-Erbgha 19 ta’ Novembru 2014

L-Erbgħa Xift ilaqqagħna ma’ aktar sezzjonijiet interessanti: Justin Haber fuq il-ħut u akkwarja, Tony Vella kif ikollok raqda ahjar, Analisa Zammit b’aktar pariri fuq kif tieħu deċiżjoni qabel tixtri jew tibni proprjeta.

xift3

 

Il-Ħamis 20 ta’ Novembru 2014

Antonella Vella, allura għal Xift waslet il-ġurnata tal-Ħamis, qabel il-weekend, pariri kif għandek tagħmel il-make up aħjar.

Aktar pariri legali, flimkien ma’ Rachel Cini, għal dar ħafna aħjar.

U jekk trid tkun taf kif ikollok mezzi ta’ enerġija aħjar  m’għandekx titlef is-sezzjoni mal-inġinier Jean Paul Micallef.

 

xift4

 

Il-Ġimgħa 21 ta’ Novembru 2014

Qabel ma’ jasal fi tmiem il-ġimgħa, Xift ikompli irebbaħ aktar rigali lilkom it-telespettaturi.

Nancy Buhagiar b’aktar ideat kif tipprepara ruħek għad-dinja tax-xogħol aħjar.

Jasal fi tmiemu Xi tgħid, bid-diskussjoni flimkien ma’ nies esperti fil qasam.

 

Jippreżenta Jean Claude Micallef (564)

  
Awtur Frederick Zammit